Wednesday, September 9, 2026
0
49

JODI JONES – F’logħba minn League One, Bromley sfaw megħluba 2-0 f’darhom minn Wimbledon iżda l-internazzjonali Malti, Jodi Jones, ma kienx fl-iskwadra ta’ Bromley li ngħaqad magħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

EDU – Il-kap globali tal-footbal, il-Brażiljan Edu, telaq minn Nottingham Forest wara ftit aktar minn sena fis-City Ground. L-eks midfielder ta’ Arsenal ma attendiex logħba minn Frar u t-tluq tiegħu, bil-kuntratt tiegħu maħsub li ġie terminat, kien mistenni. Il-pożiz­zjoni tiegħu spiċċat taħt il-lenti wara argument ma’ Nuno Espirito Santo, li tkeċċa f’Settembru li għadda, l-ewwel minn erba’ managers tal-Forest fl-istaġun li għadda. Edu mhux mistenni li jiġi sostitwit, bil-kap uffiċjal tal-football tal-Forest, George Syrianos, jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu.

FEDERICO CHIESA – L-attakkant ta’ Liverpool u l-Italja, Federico Chiesa, 26 sena, se jfittex li jħalli l-club f’Jannar jekk isibha diffiċli biex jilgħab meta jirritorna mill-injury.

JADON SANCHO – L-eks winger ta’ Manchester Uni­ted u internazzjonali tal-Ingilterra, Jadon Sancho, 26 sena, qed jitkellem ma’ mill-inqas żewġ clubs tal-Premier League dwar trasferiment potenzjali.

ENDRICK – Milan qed jippreparaw biex jidħlu fi trasferiment biex jiffirmaw lill-attakkant Brażiljan, Endrick, 20 sena, b’self mingħand Real Madrid f’Jannar li ġej.

LOUIS PAGE – Manchester United għadhom ħerqana li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Leicester City, Louis Page, 18-il sena, wara li tilfu trasferiment fil-jum tal-iskadenza għall-internazzjonali żagħżugħ Ingliż.

ALEX BAENA – Manchester City qed iżommu għaj­nejhom fuq il-midfielder ta’ Atletico Madrid u Spanja, Alex Baena, 25 sena, iżda mhux probabbli li jiċċaqilqu għall-player f’Jannar.

MATEUS MANE – Liverpool u Manchester United għamlu kuntatt dirett ma’ Wolves dwar trasferiment għall-winger ta’ 18-il sena, Matheus Mane.

KEVIN SCHADE – Brentford fetħu taħditiet kuntrattwali mal-attakkant Ġermaniż, Kevin Schade, 24 sena, biex iwaqqfu l-interess li qed juru fih Arsenal.

ISAAC KONDE – Manchester United lestew ftehim biex jiffirmaw lill-midfielder żagħżugħ ta’ Liverpool, Isaac Konde, li għad għandu 16-il sena.

AMADOU ONANA – Il-midfielder Belġjan ta’ Aston Villa, Amadou Onana, 25 sena, iffirma kuntratt ġdid mal-club, li jibqa’ għaddej sal-2031.

RICHARLISON – L-attakkant Brażiljan ta’ Tottenham, Richarlison, 29 sena, jittama li jissiġilla trasferiment lejn il-Lega Pro Sawdi, fejn l-iffirmar huwa permess sat-12 ta’ Ottubru, wara li ma rnexxilux jiżgura trasferiment għal Trabzonspor qabel ma għalaq is-suq tat-trasferimenti fit-Turkija nhar il-Ġimgħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here