Marsaxlokk …………2
Zabbar St Patrick …2
Minn Cristian Muscat
F’partita mill-aktar pjaċevoli mill-Bottom Six, Marsaxlokk u Zabbar St Patrick spiċċaw fi draw ta’ 2-2 liema partita mmaturat fit-tieni taqsima.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Stefan Ilic dar tajjeb mal-goalkeeper, Marko Drobnjak, bil-konklużjoni tiegħu tiġi devjata f’corner.
Ix-Xlukkjari wieġbu minuta biss wara meta Yuri De Jesus Messias kellu x-xutt imdawwar f’corner mill-goalkeeper, Matthew Grech.
Fl-24 minuta, iż-Żabbarin kellhom ferħa bla temma meta Kristian Keqi skorja minn rovexxjata iżda ġie ġġudikat f’pożizzjoni ta’ offside.
U seba’ minuti wara, kellhom it-tieni goal imħassar tal-istess player għall-istess pożizzjoni ta’ offside.
Il-partita kompliet tisbieħ u, fis-37 minuta, Marsaxlokk heddew permezz ta’ Jake Ghio li t-tentattiv tiegħu ħabat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.
Madankollu, fil-45 minuta, ix-Xlukkajri fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, ALEX DE AGUILAR GOMES, xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa’ ta’ ras preċiża.
Fis-60 minuta, Zabbar ingħataw penalty meta Lucas Emanuel Lopez waqqa’ lil Brian Ariel Gambarte fil-kaxxa u l-istess player skorja minn rebound wara li l-goalkeeper Drobnjak laqa’ parzjalment ix-xutt tiegħu mill-11-il metru.
Fis-78 minuta, Marsaxlokk spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Lucas Emanuel Lopez wara li kkommetta foul professjonali fuq David Oliveira Souza.
Erba’ minuti wara, iż-Żabbarin marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ STRAHINJA JOVANCIC.
Madankollu, fit-92 minuta, Marsaxlokk kisbu d-draw meta ngħataw penalty wara li l-goalkeeper Matthew Grech waqqa’ lil Yuri De Jesus Messias fil-kaxxa u l-istess player sammar il-ballun fix-xibka mill-11-il metru.
MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 6-Nikolai Muscat, 8-Jake Ghio, 10-Yuri De Jesus Messias, 19-Jose Arias, 21-Jai Quitongo, 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguiar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna (17-Jacob Walker 34) – Coach: Vincenzo Potenza
ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (7-Maritim Augusto Ferreira 59), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Tavares (55-Dorde Jovicic 81), 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicus De Paixa, 30-Kristian Keqi (29-Dion Fava 59) (9-Sean Gatt 81), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca (99-David Oliveira Souza 59) – Coach: Aniello Paris
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Mark Ciantar
RABA’ UFF: Paul Apap
SKORERS: A. De Aguiar Gomes 45, Y. De Jesus Messias pen. 92 (M), B. A. Gambarte 60, S. Jovancic 82 (ZSP)
AMMONITI: J. P. De Sa Mendonca, B. A. Gambarte (ZSP), Y. De Jesus Messias, J. Walker (M)
TKEĊĊA: L. E. Lopez 78 (M)