Sunday, September 27, 2026
Home Sport Luka Modric isir l-ixjeħ skorer tal-Kroazja

Luka Modric isir l-ixjeħ skorer tal-Kroazja

0
51

Luka Modric kellu serata oħra memorabbli fil-karriera straordinarja tiegħu, li minkejja li kien dubjuż għall-partita minħabba li kellu d-deni u saħansitra tilef il-konferenza stampa ta’ qabel il-logħba, spiċċa bħala wieħed mill-protagonisti fir-rebħa ta’ 2-1 tal-Kroazja kontra ċ-Ċekja.

Il-midfielder ta’ Milan fetaħ l-iskor b’xutt preċiż minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper avversarju li jsalva. B’dan il-goal, Modric sar l-ixjeħ player li qatt skorja għall-Kroazja, u kompla juri l-kwalità u l-importanza tiegħu anke fl-età ta’ 41 sena.

Il-Kroazja eventwalment assigurat ir-rebħa grazzi għal goal ta’ Marco Pasalic, li skorja bir-ras wara cross preċiż ta’ Ivan Perisic. 

Meta Modric ġie sostitwit fis-76 minuta, il-partitarji kollha fl-Eden Arena ta’ Praga qamu bilwieqfa biex jagħtuh ovazzjoni bħala rikonoxximent għall-wirja tiegħu.

Ir-rebħa tat lill-Kroazja bidu pożittiv fil-kampanja tan-Nations League, filwaqt li Modric reġa’ kkonferma għaliex għadu wieħed mill-aktar players influwenti fil-football internazzjonali minkejja l-età tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here