Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg
Mosta ………1
Floriana ……1
F’partita li laħqet l-aspettiva lejn l-aħħar mumenti tagħha, Mosta u Floriana spiċċaw fi draw 1-1, bil-Greens ikunu l-aħjar team matul l-ewwel taqsima, iżda l-Blues wettqu reazzjoni tajba biex lejn l-aħħar ħinijiet salvaw ir-riżultat.
Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fl-20 minuta permezz ta’ free-kick b’saħħtu mid-distanza ta’ Rafael Morisco li iżda ntemm barra.
Iżda kienu Floriana li fetħu l-iskor proprju minuta biss wara meta Adam Magri Overend serva lil ANDREI CIOLACI li venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Marko Jovicic, isalva.
Peró, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima Mosta fallew ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, minn taħt il-lasti l-captain, Tyrone Farrugia, ra t-tentattiv tiegħu jintemm ftit għoli.
Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu aktar aggressivi u fis-57 minuta Ryan Camenzuli ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-bogħod iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra.
Minkejja li ma heddewx il-lasti avversarji, territorjalment il-Greens kien aħjar iżda kellhom jistennew sal-75 minuta biex jimpenjaw lill-goalkeeper avversarju.
Madankollu x-xutt ta’ Andrei Ciolacu fil-baxx ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá minn Marko Jovicic.
Mosta wieġbu minuta biss wara meta Clayton Failla xeħet cross għan-nofs li sab lis-sostitut Luiz Igbineweka, li kien ilu biss żewġ minuti fil-ground, f’qagħda tajba li iżda kellu daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.
Iżda fit-83 minuta huma kisbu d-draw meta Farrugia għadda l-ballun lejn RAFAEL MORISCO li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka.
Żewġ minuti biss wara Floriana fallew ċans faċli li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta ż-żagħżugħ Mattia Veselji minn taħt il-lasta, inkredibbilment xeħet għoli … iżda draw kien riżultat ġust.
MOSTA: 61-Marko Jovicic, 6-Roderick Briffa, 13-Clayton Failla, 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric (86-Luiz Igbineweka 74), 27-Mehdi Hetemaj (7-William Donkin 46), 30-Luis Raiscos, 35-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (2-Nathan Agius 86), 88-Sunday Akinbule, 98-Rodriguez Ekani – Coach: Joseph Grech
FLORIANA: 33-Gergi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia 77), Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 10-Jose Artiles (30-Jan Busuttil 64), 11-Andrei Ciolacu (21-Mattia Veselji 77), 20-Nicolas Garcia, 22-Brabdon Paiber, 28-Emiliano Calegari, 29-Eugeniu Rebenja (96-Daniel Agius 64), 94-Ryan Camenzuli (7-Augusto Caseres 64) – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Etienne Mangion
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Thomas Debono
RABA’ UFF: Matthew Degabriele
SKORERS: A. Ciolacu 21 (F), R. Morisco 83 (M)
AMMONITI: M. Hetemaj, R. Ekani (M), E. Rebenja, C. Rutjens, A. Ciolacu, A. Caseres (F)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Andrei Ciolacu (Floriana)