Tuesday, May 14, 2024

Balzan idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Gzira United …….1

Balzan ………………2

Balzan skorjaw żewġ goals f’temp ta’ minuta biex dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1.

Kienet rebħa li tathom ftit tan-nifs wara żewġ tel­fiet konsekuttivi biex issa qed jaqsmu t-tielet post ma’ Valletta, Ħamrun u l-istess Gzira United.

Wara t-tluq ta’ Mark Miller aktar kmieni din il-ġimgħa, Balzan kienu mmexxija minn Luis Gutierrez Garcia u Alejandro Pantoja, qabel jieħu t-team f’idejh Paul Zammit.

Huma kellhom żewġ bid­liet mill-aħħar logħba tagħhom b’Johnson u Ljubomirac jibdew minflok Gary Camilleri u s-sospiż Augustine Loof. Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Gżira Darren Abdilla beda b’ Maxuell Maia minflok Jefferson wara r-rebħa fuq Hamrun.

L-ewwel taqsima kienet kwieta għall-aħħar hekk kif iċ-ċansijiet ta’ skor kienu ftit li xejn. Wara biss seba’ minuti, Bojan Kaljevic tilef ċans tajjeb għal Balzan b’xutt li spiċċa għoli wara li rċieva mingħand Ljubomirac.  

Seba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Luke Tabo­ne kklerja ħażin bil-ballun jispiċċa għand Kaljevic f’pożizzjoni ċentrali li madankollu b’mod inkre­dib­bli tefa’ barra.

Il-logħba tjiebet fit-tieni taqsima bi Gżira jidhru aktar determinati u fit-48 minuta, Steve Pisani tilef okkażjoni tajba meta xxuttja għoli wara cross ta’ Thiago Espindola mix-xellug.  Tmien minuti wara Yuri Messias daħal tajjeb mix-xellug iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet imblukkata f’ corner.

Fid-59 minuta, Gżira rnexxielhom jiftħu l-iskor meta minn corner ta’ Steve Pisani mil-lemin, NEVIN PORTELLI għeleb lil Jake Galea b’daqqa ta’ ras.

Iżda f’temp ta’ minuta, Balzan irnexxielhom idawru r-riżultat.

Fis-67 minuta, huma kisbu d-draw meta minn corner ta’ Milos Mijic, NEVIN PORTELLI ra l-ballun jaħbat miegħu u jispiċċa ġewwa għal auto-goal sfortunat.

Ftit sekondi wara, Balzan marru fil-vantaġġ hekk kif xutt ta’ Uros Ljubomirac minn barra l-kaxxa ġie salvat parzjalment minn Anthony Curmi u mill-viċin, is-sostitut ALEKSA ANDREJIC tefa’ ġewwa.

Żewġ minuti mit-tmiem, Yuri Messias kellu xutt b’saħħtu mix-xellug li ġie mblukkat minn fuq il-linja minn Michael Johnson biex minuta wara, Balzan marru qrib li jkabbru l-iskor b’xutt bid-dawra ta’ Djuric  li iżda għadda ftit barra.

GZIRA U.: 1-Anthony Curmi, 3-Gabriel Bohrer, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steven Pisani (17-Clive Gauci 72), 11-Yuri Messias, 19-Martin Davis (9-Emmanuel Mbong 80), 20-Nevin Portelli, 91-Maxuell Maia, 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

BALZAN: 12-Jake Galea, 2-Samir Arab (22-Gary Camilleri 13), 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech (7-Milan Djuric 62), 10-Alex da Paixao (21-Neil Frendo 92), 15-Michael Johnson, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 23-Milos Mijic (20-Suleiman Jalu 92), 86-Bojan Kaljevic (77-Aleksa Andrejic 62), 88-Sean Cipriott  – Coach: Luis Garcia Gutierrez

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: N. Portelli 59 (GU);  N. Portelli 67 o.g., A. Andrejic 68 (B)

AMMONITI: P. Fenech, M. Grima, S. Cipriott (B); Y. Messias, G. Bohrer, C. Gauci (GU)

Sport