Wednesday, April 24, 2024

Draw ġust bejn Mosta u Floriana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Mosta ………1

Floriana ……1

F’partita li laħqet l-aspettiva lejn l-aħħar mumenti tagħha, Mosta u Floria­na spiċċaw fi draw 1-1, bil-Greens ikunu l-aħjar team matul l-ewwel taqsima, iżda l-Blues wettqu reazzjoni tajba biex lejn l-aħħar ħini­jiet salvaw ir-riżultat.  

Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fl-20 minuta permezz ta’ free-kick b’saħ­ħtu mid-distanza ta’ Rafael Morisco li iżda ntemm barra.

Iżda kienu Floriana li fetħu l-iskor proprju minuta biss wara meta Adam Magri Overend serva lil ANDREI CIOLACI li venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Marko Jovicic, isalva.

Peró, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima Mos­ta fallew ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, minn taħt il-lasti l-captain, Tyrone Farrugia, ra t-tentattiv tiegħu jintemm ftit għoli.

Fit-tieni taqsima, Floriana ħarġu aktar aggressivi u fis-57 minuta Ryan Camenzuli ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-bogħod iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa barra.

Minkejja li ma heddewx il-lasti avversarji, territorjalment il-Greens kien aħjar iżda kellhom jistennew sal-75 minuta biex jimpenjaw lill-goalkeeper avversarju.

Madankollu x-xutt ta’  Andrei Ciolacu fil-baxx ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá minn Marko Jovicic.

Mosta wieġbu minuta biss wara meta Clayton Failla xeħet cross għan-nofs li sab lis-sostitut Luiz Igbineweka, li kien ilu biss żewġ minuti fil-ground, f’qagħda tajba li iżda kellu daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.

Iżda fit-83 minuta huma kisbu d-draw meta Farrugia għadda l-ballun lejn RAFAEL MORISCO li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka.

Żewġ minuti biss wara Floriana fallew ċans faċli li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta ż-żagħżugħ Mattia Veselji minn taħt il-lasta, inkredibbilment  xe­ħet għoli … iżda draw kien riżultat ġust.

MOSTA: 61-Marko Jovicic, 6-Roderick Briffa, 13-Clayton Failla, 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric (86-Luiz Igbineweka 74), 27-Mehdi Hetemaj (7-William Donkin 46), 30-Luis Raiscos, 35-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (2-Nathan Agius 86), 88-Sunday Akinbule, 98-Rodriguez Ekani   – Coach: Joseph Grech

FLORIANA: 33-Gergi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia 77), Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 10-Jose Artiles (30-Jan Busuttil 64), 11-Andrei Ciolacu (21-Mattia Veselji 77), 20-Nicolas Garcia, 22-Brabdon Paiber, 28-Emiliano Calegari, 29-Eugeniu Rebenja (96-Daniel Agius 64), 94-Ryan Camenzuli (7-Augusto Caseres 64)   – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Etienne Mangion

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Thomas Debono 

RABA’ UFF: Matthew Degabriele

SKORERS: A. Ciolacu 21 (F), R. Morisco 83 (M)

AMMONITI: M. Hetemaj, R. Ekani (M), E. Rebenja, C. Rutjens, A. Ciolacu, A. Caseres (F)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Andrei Ciolacu (Floriana)

Sport