Monday, January 6, 2025

Draw ġust bejn Pietá Hotspurs u Marsaxlokk

Aqra wkoll

Pietá H………………1

Marsaxlokk……….1

F’partita li rat minn kollox lejn l-aħħar mumenti tagħħa, Pietá Hotspurs u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Pietá jkunu huma li joħolqu l-perilklu meta minn freekick ta’ Alan Schembri David Wismaayer, Clinton Bangura kellu x-xutt tiegħu mill-viċin imblukkat mill-goalkeeper Serb ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak, b’siequ.

L-azzjoni sussegwenti waslet fit-63 minuta b’Marsaxlokk jersqu viċin li jiftħu l-iskor meta corner dirett ta’ Ayrton Attard li proprju fil-jum tal-partita kien qed jiċċelebra għeluq sninu, ħoloq konfużjoni fil-kaxxa qabel id-difiża ta’ Pietá kklerjat il-ballun ‘il boghod minn kull periklu.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-71 minuta pprotestaw bis-sħiħ għall-penalty meta Ganiu Atanda Ogungbe waqqa’ lil Wellington de Sousa fil-kaxxa, iżda r-referee Daniel Portelli ħalla l-logħob għaddej.

Marasxlokk qalgħu daqqa ta’ ħarta fis-77 minuta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalhom il-player Adrian Santiago Ferraris wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Madankollu, huma ma rmewx ix-xugaman anzi minuta biss wara fetħu l-iskor permezz ta’ auto-goal sfortunat tal-captain ta’ Pietá, Terence Agius.

Ix-Xlukkajri komplew jiddettaw il-logħob u fid-79 minuta Daniel Agius tefa’ l-ballun f’lasta vojta iżda r-referee Daniel Portelli ħassar il-goal minħabba li nnota foul fuq il-goalkeeper ta’ Pietá, Dele Sunday Alampasu.

Pietá ġabu l-iskor indaqs fid-89 minuta permezz ta’ xutt bid-dawra minn pożizzjoni ideali ta’ SAMUEL OKOH li ma ta l-ebda cans lil Drobnjak.

Pietá H.: 12-Sunday Dele Alampasu, 3-Clinton Bangura (9-Latif Amadu Abedel 86), 5-Temitope Abraham, 6-Daniel Zerafa, 7-Jake Ghio, 8-Terence Agius (2-Samuel Okoh 89), 11-Alan David Schembri Wismayer (95-Kian Leonardi 81), 22-Zean Leaonardi (4-Sheldon Mizzi 93), 24-Ganiu Syunnde Ogungba, 77-Amadou Camara Sekou, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Biugeja

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard (11-Alfred Effiong 74), 9-Kristijan Keqi, 14-Walter Omar Serrano, 17-Peter Xuereb, 21-Adrian Santiago Ferraris, 25-Oscar Carniello, 37-Santiago Fabian Moracci (77-Wellington De Sousa 67), 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius, 99-Tiago Adan Fonseca (24-Juan Cruz Aguilar 80) Coach: Pablo Doffo

Referee: Daniel Portelli

Ass. Referees: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia

Skorers: T. Agius og 77 (M), S. Okoh 89 (P)

Tkeċċa: A. S. Ferraris 77 (M)

Ammoniti: C. Bangura (P), A. Attard, W, O. Serrano, A. S. Ferraris (2), D. Agius (M)

Player tal-Logħba: A. D. Schembri Wismayer (P)

Ekonomija

Sport