Thursday, April 25, 2024

Draw ġust bejn Real Madrid u Man City

Aqra wkoll

Fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Champions League, Real Madrid u Manchester City temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Kien Vinicius Junior li fetaħ l-iskor għall-Madrileni bi ġmiel ta’ goal minn distanza ta’ 25 metru (36). Iżda s-Citizens ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u ta’ dan ġew ippremjati meta ġabu l-iskor ndaqs permezz ta’ Kevin de Bruyne (67), permezz ta’ xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa.

Fid-79 minuta, Real Madrid, tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta l-iskorer prolifiku Franċiż, Karim Benzema, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata bi bravura mill-goalkeeper ta’ Man City, Ederson, biex salva goal ċert.

B’hekk, kollox għadu miftuħ hekk kif matul il-ġimgħa d-dieħla, jintlagħab it-tieni leg fl-Etihad Stadium.

Din is-semi-finali kienet ripetizzjoni ta’ dik tas-sena li għaddiet, li fiha l-Madrileni kienu ħarġu rebbieħa bi skor aggregate ta’ 6-5.

Ir-rebbieħ ta’ dan il-partita fuq żewġ legs ikun qed jiltaqa’ mar-rebbieħ ta’ bejn Inter u AC Milan li se jkunu fl-azzjoni llum, fil-finali tant mistennija ta’ Istanbul nhar l-10 ta’ Ġunju.

Sport