Sliema W. ……….1
Hamrun S. ………1
Minn Cristian Muscat
Sliema Wanderers u Hamrun Spartans spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma ssodisfa lil ħadd, bis-Slimiżi jiksbu l-paritá permezz ta’ auto-goal lejn it-tmiem biex fallew żewġ punti importanti.
Wara bidu ferm kwiet kellna nistennew sat-18-il minuta biex nassistu għall- ewwel azzjoni denja ta’ nota li waslet min-naħa ta’ Sliema Wanderers meta Mohamed Awad minn pożizzjoni ideali tefa’ ftit barra.
L-Ispartans wieġbu fit-22 minuta permezz ta’ freekick insidjuż ta’ Luke Montebello li għal ftit ma ħasadx lill-goalkeeper, Kelvin Emega Egu, li iżda dawwar tajjeb f’corner.
Fil-35 minuta il-coach Taljan ta’ Hamrun, Alessandro Zinnari, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ l-midfielder, Juan Carlos Corbalan, biex fil-post tiegħu daħal jilgħab Mattias Ellul.
Fit-48 minuta, Hamrun ipprotestaw għall-penalty meta Wescley, għalkemm mhux intenzjonat, deher imiss il- ballun b’idu fil-kaxxa, iżda r-referee, Fyodor Zammit, ħalla l-logħob għaddej.
Erba’ minuti wara, l-Ispartans reġgħu heddew meta konklużjoni mid-distanza ta’ Elionay Freitas Da Silva kienet wisq ċentrali.
Fit-78 minuta, Geoffrey Acheampong ipprova jaħsad għal kollox lill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello, iżda l-ballun spiċċa ferm għoli.
Madankollu, fil-85 minuta, kontra x-xejra tal-logħob u minn żball fid-difiża ta’ Sliema Wanderers, Hamrun fetħu l-iskor meta Raphael Lopes Silva għadda tajjeb lejn LUKE MONTEBELLO li kważi minn fuq il-penalty spot tefa’ ġewwa.
Is-Slimiżi wieġbu żewġ minuti wara permezz ta’ xutt b’saħħtu mid-distanza ta’ Steve Pisani li falla l-mira kompletament.
Iżda d-drama kienet għadha ma ntemmitx meta fit-88 minuta iż-żagħżugħ Sven Xerri dawwar il-ballun fix-xibka tiegħu stess biex irriżulta auto-goal sfortunat.
Dan sabeix fil-91 minuta Luke Montebello mar għas-saħħa iktar milli għall- preċiżjoni u kellu l-konklużjoni fil-baxx tintemm barra.
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (33-Geoffrey Edwin Achempong 71), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (14-Nicholas Strickalnd 86), 20-Wescley, 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo (5-Neil Frendo 86), 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad (9-Vito Plut 71), 97-Jonata Bastos (18-Sergio Filipe Da Silva 93) – Coach: Paul Zammit
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 6-Daniel Letherby (5-Sven Xerri 74), 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas Da Silva, 22-Gabriel Vella (8-Talison Lui Barboza 74), 28-Juan Carlos Corbalan (3-Mattias Ellul 35), 33-Mayron, 55-Kean Scicluna (13-Felippe Bugeja 83), 91-Emerson Marcelina, 99-Raphael Lopes – Coach: Alessandro Zinnari
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORERS: L. Montebello 81 (HS), S. Xerri 88 og (SW)
AMMONITI: R. Lopes Silva. E. Freitas Da Silva (H)