Saturday, December 21, 2024

Draw ġust f’partita bilanċjata

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Santa Lucia …….2

Mosta ……………2

Fil-konfront bejn Santa Lucia u Mosta, irrenja bilanċ assolut hekk kif din il-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2. Iż-żewġ timijiet kel­lhom il-mumenti pożittivi tagħhom u li kieku kienu iktar inċiżivi, setgħu faċilment kisbu r-rebħa.

Wara dan id-draw, issa huma jinsabu b’ħames punti fejn żgur li jridu joffru wir­jiet aħjar minn din jekk iridu jipprogressaw fil-klassifika.

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta Patrick Maia kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Mos­ta, Marko Jovicic li dawwar f’corner.

Iżda kienu Mosta li fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, Clayton Failla xeħet cross preċiż lejn RAFAEL MORISCO li għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Santa Lucia ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-51 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Alan da Silva Souza serva lil VITO PLUT li minn qud­diem Marko Jovicic xeħet il-ballun fix-xibka.

Mosta wiegbu Fis-70 minuta meta Luiz Igbienenweka kellu t-tentattiv minn qagħda ideali jintemm barra.

Żewġ minuti biss wara biss wara, il-Luċjani spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Jurgen Pisani permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah fuq il-captain ta’ Mosta, Tyrone Farrugia.

U Mosta bdew japprofittaw minn din is-superjo­ritá numerika u fl-74 minuta Zachary Brincat għadda taj­jeb lejn RODERICK BRIFFA li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Santa Lucia wiegbu fit-82 minuta meta Victor Filho xeħet cross lejn Vito Plut li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn Marko Jovicic.

Peró fit-88 minuta huma kisbu d-draw meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, DEXTER XUEREB kien fil-pożizzjoni t-tajba fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ma żbaljax.

STA LUCIA: 18-Julani Archibald, 4-Andre Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis (14-Jan Tanti 77), 7-Gianmarco Conti, 8-Patrick Silva, 9-Vito Plut (98-Kieran Xuereb 91), 10-Alan Da Silva Souza, 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa, 23-Dexter Xuereb   – Coach: Oliver Spi­teri 

MOSTA: 61-Marko Jovicic, 6-Roderick Briffa, 7-William Donkin (14-Johnson Nsumoh 56), 13-Clayton Failla, 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric, 27-Mehdi Hetemaj, 24-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat, 86-Luiz Igbinewka (30-Luis Riascos 76), 98-Rodrigiuez Ekani (16-Gianluca Sciberras 80)   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: R. Morisco 22, R. Briffa 74 (M), V. Plut 51, D. Xuereb 88 (M)

AMMONITI: V. Filho, V. Plut, G. Conti, J. Zerafa (SL), R. Briffa (M)

TKEĊĊA: J. Pisani 72 (SL)

Ekonomija

Sport