Balzan …….0
Mosta ……..0
Balzan u Mosta temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ mingħajr goals liema riżultat ikkuntenta l-aktar lil Balzan hekk kif jinsabu fix-xifer tas-salvazzjoni.
Min-naħa l-oħra, bir-rebħa ta’ Sta Lucia fuq Gzira United, Mosta niżlu fiż-żona tar-relegazzjoni.
Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta u kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Henry Chidera Nwoga għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tistampa mal-mimduda u tintemm għoli.
Balzan wieġbu tliet minuti wara meta Nikola Braunovic għadda pass preċiż lejn George Blackwood li mill-viċin falla l-mira.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fid-39 minuta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Aleksa Andrejic minn pożizzjoni ferm ideali kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata jintemm ftit barra.
Il-Balzanin komplew jippressaw u minuta biss wara rebħu penalty meta Jake Vassallo waqqa’ lil Blackwood fil-kaxxa.
Iżda mill-11-il metru, l-istess Blackwood ra lill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan, isalva bi bravura.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta ħarġu ferm aggressivi biex ifittxu il-goal tal-vantaġġ li kien inaqqsilhom il-pressjoni … u fid-59 minuta, Damian Evans, venven xutt qawwi minn tarf il-kaxxa li ntemm ftit barra.
Balzan wieġbu fil-81 minuta meta s-sostitut Jan Busuttil avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ma ra x-xutt b’saħħtu tiegħu minn qagħda angolata jiġi mdawwar f’corner minn Akpan.
Il-partita kompliet tkun karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sat-tmiem.
BALZAN: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic (10-Jan Busuttil 69), 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Paul Fenech, 18-Ryohei Michibuchi, 23-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens (6-Marcus Grima 79), 77-Aleksa Andrejic (11-Benjamin Hili 89), 80-George Henry Raymond Blackwood – Coach: Oliver Spiteri
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Tegwi, 4-Gustavo Adolfo Chara Valois (5-Sasha Cachia 46), 8-Damian Aneni, 9-Henry Chidera Nwoga (30-Jean Paul Farrugia 59), 18-Armen Hovhannisyan, 19-Ben Aziz Dao, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius (92-Kevin Tulimieri 70) , 74-Jake Vassallo (14-Nathan Chukwidi 46), 77-Zachary Brincat (27-Jamie Scerri 87) – Coach: Joseph Grech
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORER: Ħadd
AMMONITI: N. Braunovic, N. Zerjal, O. Rommens (B), J. Vassallo (M)