Monday, May 13, 2024

Valletta relegati

Aqra wkoll

NAXXAR LIONS …… 4

VALLETTA ……………0

Naxxar Lions umiljaw lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 biex filwaqt li huma aċċertaw mis-salvazzjoni, ikkundannaw lil Valletta għaċ-Challenge League biex din kienet l-ewwel darba fl-istorja li l-Beltin sfaw relegati.

Naxxar Lions għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta TAKUMA YAMAGUCHI venven xutt minn barra l-kaxxa li ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Alessandro Guarnone.

Naxxar komplew jippressaw u tmien minuti wara Pablo Augusto għadda tajjeb lejn il-captain Edson Cerquiera Farias, li l-konklużjoni tiegħu spiċċat għoli.

Valletta wiegbu fid-29 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras tal-Arġentin Federico Falcone li ġiet salvata mill-goalkeeer, Matthias Debono.

Madankollu, fit-32 minuta, Naxxar irduppjaw meta PABLO AUGUSTO għeleb lil Guarnone minn pożizzjoni ideali.

Fil-41 minuta, il-Lions għamluhom tlieta meta minn azzjoni ta’ corner, daħal taj­jeb ROBINSON BLANDON RENDON li minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Imbagħad, fl-64 minuta, in-Naxxarin taw id-daqqa mortali lill-Beltin meta Pablo Augusto żmarka lil ROBINSON BLANDON RENDON li mill-viċin tefa’ fix-xibka.

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 5-Fernando Barbosa Pereira, 8-Neil Pace Cocks (14-Ayrton Senna Azzopardi 84), 9-Pablo Augusto, 10-Edson Cerqueira Farias (7-Mark Fenech 70), 16-Robinson Blandon Rendon (28-Giuseppe Bonanno 80), 17-T.Yamaguchi (18-Joel Ellul 83), 20-Elizeu Espirito Santo, 26-Yasukaze Ito (4-Ryan Mercieca 84), 33-Joao Vitor Moura Cardoso Coach: George Vella

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 9-Santiago Ferraris, 11-Gonzalo Braganca De Oliveira, 13-Jake Azzopardi (8-Omar Barrientos 46) (66-Neil Anthony Micallef 68), 14-Christian Gauci, 15-Keyon Ewurum (10-Shaun Dimech 46), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Filho, 80-Alfred Silas (23-Milan Jezdimirovic 46), 88-David Garba (77-Jhonnattann Benites Da Conceicao 46) Coach: Juan Cruz Gill

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Duncan Sultana, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Joseph Scerri

Skorers: T. Yamaguchi 3, P. Augusto 32, R. B. Rendon 41, 65 (N)

Ammoniti: T. Yamaguchi, E. Espirito Santo (NL), B. Paiber, M. Jezdimirovic (V)

Player tal-Logħba: Pablo Augusto (NL)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport