Naxxar Lions ….0
Mosta ……………0
Id-derby bejn il-ġirien Naxxar Lions u Mosta spiċċa fi draw ta’ mingħajr goals fejn naqas li jilħaq l-aspettattivi mixtieqa u li ddiżappunta bil-kbir.
Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel attakk, fil-11-il minuta, meta daqqa ta’ ras ta’ Pablo Servo De Carvalho minn pożizzjoni ideali għaddiet ftit barra.
Din kienet l-unika azzjoni denja ta’ nota f’din it-taqsima, li kienet karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.
Fit-53 minuta, waslet l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima, din id-darba minn Mosta meta Linus Precious Tenebe kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa f’idejn il-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono.
Sitt minuti wara, kien Gianluca Sciberras, dejjem għall-Blues, li minn pożizzjoni ideali ra lil Debono jsalva bi bravura.
Mosta komplew jippressaw u fit-80 minuta resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta Armen Hovhannisyan kellu x-xutt tiegħu salvat minn fuq il-linja fatali minn Ryan Gilmour Cassar, biex evita goal ċert.
Fid-90 minuta, Naxxar, qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa il-player tal-logħba, Pablo Augusto Servo De Carvalho permezz ta’ karta ħamra diretta.
Fil-ftit minuti li kien fadal l-ebda team ma hedded il-lasti avversarji biex kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 8-Neil Pace Cocks (7-Mark Fenech 80), 9-Pablo De Carvalho, 10-Edson Cerqueira Farias, 11-Daren Falzon (26-Ito Yasukaze 46), 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamauguchi (16-Robinson Blandon 85), 20-Elizeu Espirito Santo, 23-Maicon De Souza Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso – Coach: George Vella
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 3-Thomas Tegwi (20-Willie Britto 35), 4-Gustavo Adolfo Chara, 8-Damien Aneni, 10-Precious Linus Tenebe (7-Maximilian Ihakuna 80), 16-Gianluca Sciberras (21-Nathan Agius 66), 18-Armen Hovhannisyan, 19-Aziz Dao Ben, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (14-Sean Cipriott 65), 92-Kevin Tulimieri (11-Christian Ndubisi Nnaj 65) – Coach: Joseph Grech
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
AMMONIT: J. V. Moura Cardoso (N)
TKEĊĊA: Pablo Augusto 90 (NL)