Wednesday, July 24, 2024

Sliema Wanderers isaħħu t-tielet post

Aqra wkoll

Sirens ………..0

Sliema W. ……1

Sliema Wanderers komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Sirens bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex saħħew it-tielet pożizzjoni.

B’hekk, it-team minn San Pawl il-Baħar baqa’ ankrat fil-qiegħ tal-klassifika.

Kienu Sirens li ħarġu fuq l-offenisva u wara sitt minuti, rebħu penalty meta Freire waqqa’ lil Akadom fil-kaxxa,

Iżda mill-11-il metru, inkariga ruħu, Kwasi Donus li ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat bi bravura mill-goalkeeper tal-Wanderers, Rashed Al Tumi.

Fid-39 minuta, Sliema qal­għu daqqa ta’ ħarta meta weġġa’ l-attakkant Sloven, Vito Plut, fejn kellha tinħareg ukoll l-ambulanza, biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Lydon Micallef.

Fl-64 minuta, Sliema skorjaw il-goal li tahom it-tliet punti prezzjużi meta Christ Kouau xeħet għan-nofs lejn MOHAMED ABDULAHI AWAD li mill-qrib tefa’ ġewwa.

Il-Pawlini ppruvaw jagħmlu reazzjoni biex jiksbu l-goal tad-draw iżda l-Wanderers komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Sirens: 1-Andrea Cassar, 6-Hasan Gomda, 8-Nicholas Pulis, 17-Charles Agyemang (11-Daniel Opoku 68),18- Mohammed Akadom (10-Frank Boateng 68), 22-Alex Cini, 23-Bismark Asare, 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Donsu, 77-Gilberto Martins, 96-Daniel Agius Coach: Steve D’Amato

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 9-Vito Plut, 11-Myles Berramn, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (10-Samuel Gomes Da Mata 83), 20-Denis Kouao, 31-Henrique Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (8-Mark Scerri 83), 77-Mohamed Abdulahi Awad (13-James Arthur 74) – Coach: Paul Zammit

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Duncan Spencer, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha

Skorers: M. A. Awad 64 (SW)

Ammoniti: B. Asare, S. Borg, Gilberto, H. Gumda (S), H. Murilo, D. Kouao, G. Alcino, J. Borg (SW)

Ekonomija

Sport