Thursday, July 25, 2024

Hamrun Spartans jitilgħu waħedhom fl-ewwel pożizzjoni

Aqra wkoll

Hibernians ….. 1

Hamrun S. ……2

Hamrun Spartans komplew bis-sensiela ta’ riżultati pożittivi meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals, jaslu wieħed f’kull taqsima.

B’din ir-rebħa huma qab­żu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika, tliet punti fuq Floriana li llum iridu jilagħbu kontra Gzira United.

Kienet rebħa ferm meritata għall-Isparatns immexxija mill-coach Luciano Zauri, li kienu huma li ħolqu l-aktar azzjonijiet denji ta’ nota, kuntrarju għall-Paw­listi li ħolqu żewġ azzjonijiet pe­rikolużi biss fejn permezz ta’ waħda minnhom wasal il-goal minn penalty lejn tmiem il-partita.

Fit-13-il minuta, Hamrun resqu viċin meta free-kick insidjuż ta’ Uros Duranovic stampa mal-mimduda u għal ftit ma qabiżx il-linja fatali.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fil-21 minuta fetħu l-iskor hekk kif STEVE BORG xeħet fix-xibka minn pożizzjoni ideali.

Fit-43 minuta, l-Ispartans kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta xutt mid-distanza ta’ Jonny, kważi ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Hugo Sacco, li nqabad  barra minn postu, iżda l-ballun intemm barra.

Kien biss fit-58 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota mill-Pawlisti meta free-kick b’saħħtu tal-Grieg, Giannis Bastianos, għadda ftit għoli.

Hamrun wieġbu tliet minuti wara meta cross-shot insidjuż ta’ Luke Montebello ġie  interċettat minn Sacco.

Huma komplew jippressaw u fid-69 minuta xutt ta’ Jonny ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Sacco.

Fl-84 minuta, l-Ispartans irduppjaw permezz ta’ xutt qawwi ta’ RYAN CAMENZULI.

Peró, fit-92 minuta il- Pawlisti naqqsu l-marġni minn penalty ta’ JURGEN DEGABRIELE b’xutt ċentrali u b’saħħtu.

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 5-Kurt Shaw, 8-Ro­bert Bairam, 9-Sime Zuzul, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 13-Zachary Grech (20-Arten Radchenko 68), 16-Samuel Okoh (21-Alex Bruno De Souza Silva 68), 23-Claudio Bonanni, 29-Giannis Bastianos, 31-Eriks Periera De Souza Santos   – Coach: Branko Nisevic

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (33-Christian Rutjens 78), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freaits Da Silva, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos (28-Juan Carlos Corbalan 77), 91-Emerson Marcelina (27-Ognjen Bjelicic 48), 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny Torres  – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, James Muscat

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: S. Borg 21, R. Camenzuli 84 (HS), J. Degab­riele 92 pen (H)

AMMONITI: R. Bairam, J. Degabriele, C. Bonanni (H), U. Duranovic (HR)

Ekonomija

Sport