Saturday, December 21, 2024

Draw ta’ mingħajr goals li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Hamrun S. ….0

Birkirkara …..0

Hamrun Spartans u Birkirkara qasmu l-punti fi draw ta’ 0-0 f’konfront dirett bejn it-timijiet li qegħdin jokkupaw it-tielet u r-raba’ post tal-klassifika … biex minn dan ir-riżultat gawdew il-leaders Hibernians kif ukoll Floriana.

Kienet logħba nieqsa mill-azzjonijiet biż-żewġ goalkeepers Henry Bonello u Ama­ra Sylla ftit li xejn kienu impenjati.

Hamrun għamlu żewġ bid­liet mid-draw ta’ 2-2 kontra Balzan hekk kif Arthur Oyama u Juan Corbalan bdew minflok Karl Micallef u Isaac Ntow waqt li Birkirkara kellhom bidla waħda hekk kif Johnson Nsumoh kien preferut minn Paul Mbong.

Kienu Birkirkara li gaw­dew mill-pussess kmie­ni fil-partita iżda xuttijiet lejn il-lasti difiżi minn Bonello ma bdewx jaslu biex mal-kwarta logħob, Hamrun impenjaw lill-goalkeeper, Amara Sylla, b’corner mil-lemin ta’ Oyama li ġie mblukkat.

Wara li goal ta’ Sasere ġie ġustament imħassar għal pożizzjoni ta’ offside, fil-25 minuta Sylla reġa’ salva fuq corner ieħor ta’ Oyama. B’mod gradwali Hamrun bdew igaw­du aktar kunfidenza u El Bakhtaoui kellu xutt min barra l-kaxxa jgħaddi ftit barra.

Fil-bidu tat-tieni taqsima l-Ispartans ħarġu aktar avventurużi u fis-sitt minuta, mill-cross ta’ Luke Gambin mix-xellug, Sasere bir-ras tefa’ ftit barra biex tliet minuti wara, f’kontrattakk veloċi ta’ Birkirkara, Leandro Aguir­re qabeż lil Juan Corbalan u għadda l-ballun lejn Luke Montebello li iżda ma kkontrollax tajjeb.

Fil-71 minuta, Hamrun ħolqu azzjoni tajba meta mill-cross ta’ Sasere mix-xellug, Ailton Soares għadda bir-ras lejn Joseph Mbong iżda Sylla  ħareġ biex jagħlaq l-ispazju u l-konklużjoni spiċċat barra.

Għaxar minuti mit-tmiem kien Aguirre li resaq viċin għal Birkirkara bi free-kick li iżda għadda ftit għoli waqt li tliet minuti wara, free-kick ta’ Oyama għal Hamrun ġie salvat minn Sylla f’żewġ tentattivi.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Mbong, 12-Arthur Oyama, 17-Franklin Sasere, 23-Luke Gambin (10-Ailton Jorge Soares 68), 28-Juan Carlos Corbalan (30-Karl Micallef 59), 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina (29-Predrag Djordjevic 55), 92-Faissal El Bakhtaoui   – Coach: Mark Buttigieg

BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 5-Enrico Pepe, 6-Yannick Yankam, 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 14-Johnson Nsumoh (20-Federico Falcone 70), 22-Cain Attard (21-Ryan Scicluna 46), 23-Bismark Ngissah (10-Paul Mbong 70), 25-Oscar  Carniello, 27-Leandro Aguirre, 77-Diego Venancio   – Coach: Andre Paus

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Luke Portelli, James Muscat

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: M. Guillaumier, E. Marcelina, P. Djordjevic, A. Oyama (Ħ); C. Bonanni, O. Carniello (B)

Ekonomija

Sport