Thursday, April 18, 2024

Tasal l-ewwel rebħa minn Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Sliema W. ….1

Balzan …..….0

Sliema Wanderers kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor minimu ta’ 1-0.

B’hekk issa huma għandhom seba’ punti, għalkemm xorta waħda għadhom ankrati fil-qiegħ tal-klassifika. Madankollu din ir-rebħa tista’ tkun ossiġenu ġdid ta’ arja friska fil-kamp Slimiż hekk kif teżisti possibbiltá li l-missjoni tagħhom kontra r-relegaz­zjoni ma tib­qax impossibbli.

Għal Balzan iddebutta fil-qalba tad-difiża l-ex player Serb ta’ Fiorentina, Nikola Gulan. Iżda huwa ma tantx kellu debutt feliċi meta wara biss 16-il minuta weġġa’ u kellu jinħareg mill-ground biex minfloku daħal jilgħab Neil Frendo.

Mal-kwarta logħob kienu Balzan li ħolqu l-ew­wel periklu permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Paul Fenech mill-viċin li ġie ppanċjat f’corner mill-goalkeeper David Cassar, li rkupra fil-ħin għal din il-partita wara li fil-partita preċedenti kontra Gudja United kellu jinħareġ mill-ground wara biss sitt minuti minħabba injury.

Iżda fit-38 minuta, kienu l-Wanderers li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun spiċċa għand Matteo Piciollo li kellu semi-rovexxjata minn taħt il-lasti tiġi salvata parzjalment mill-goalkeeper Jake Galea, biex mir-rebeound daħal bħal vleġġa KURT SHAW li xeħet fix-xibka.

Fil-65 minuta, is-Slimiżi kellhom ferħa bla temma meta Myles Beerman għadda tajjeb lejn Mark Scerri li tefa’ l-ballun wara Jake Galea iżda r-referee Stefan Pace kien pront u ħassar il-goal minħabba pożizzjoni ta’ offside.

Balzan wieġbu fit-72 mi­nuta meta s-sostitut Suleiman Jalu xeħet cross-shot fil-baxx li iżda rriżulta ftit twil għal Uros Ljubomirac li b’diffikultá kellu t-tentattiv tiegħu jintemm ftit barra.

Huma komplew jippressaw għall-goal tad-draw u ħames minuti wara, l-is­tess Ljubomirac, kellu xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar ta’ Adam Buttigieg li dawwar f’corner b’mod spettakolari.

SLIEMA W: 24-David Cassar (1-Adam Buttigieg 63), 3-Juan Pablo Morales Rengilo, 5-Kurt Shaw, 8-Mark Scerri, 11-Ruslan Kisil (10-Gui Inters 61), 21-Danny Holla (18-Edmond Agius 70), 23-Matteo Piciollo (19-Jake Engerer 82), 29-Oscar Linton Bethancourt, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic, 99-Valmir Berisha (72-Jean Carlos Cloth Goncalves 82)  – Coach: Andrea Pisanu

BALZAN.: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech (70-Joaquin Trustfull Malik 90), 9-Ke­vin Daniel Alvin (7-Milan Duric 46), 10-Nikola Gulan (21-Neil Frendo 17), 18-Uros Ljubomirac, 22-Gary Camilleri (20-Suleiman Jalu 66), 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic, 88-Sean Cipriott  – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Chris Francalanza, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: K. Shaw 38 (SW)

AMMONITI: M. Scerri, D. Holla, J. C. Cloth Goncalves (SW), M. Duric (B)

Ekonomija

Sport