Thursday, November 5, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Crystal Palace jsalvaw fl-aħħar ħinijiet kontra Hoffenheim

UEFA Europa League: Crystal Palace jsalvaw fl-aħħar ħinijiet kontra Hoffenheim

0
58

Crystal Palace kisbu punt fl-aħħar mumenti tal-partita wara li salvaw draw ta’ 1-1 kontra Hoffenheim fir-raba’ ġurnata tal-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Europa League f’Selhurst Park.

It-team Ġermaniż mar fil-vantaġġ fis-seba’ minuta permezz ta’ Alexander Prass, li għeleb lil Dean Henderson wara azzjoni veloċi mibdija minn Tim Lemperle.

Hoffenheim komplew jikkontrollaw il-partita u kellhom diversi opportunitajiet biex jirdoppjaw l-iskor, iżda l-goalkeeper Henderson żamm lill-Palace fil-logħba.

Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha għall-Ingliżi meta Adam Wharton tkeċċa fit-77 minuta wara li rċieva t-tieni karta safra.

Minkejja li kienu bi plejer inqas, il-Palace ma qatgħux qalbhom u kisbu l-goal tad-draw fil-ħin miżjud permezz ta’ Daichi Kamada, li approfitta minn taħwida quddiem il-lasta biex xeħet il-ballun fix-xibka.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here