Thursday, November 26, 2026
Home Sport Football tan-Nisa: Manuela Tesse tħabbar l-iskwadra ta’ Malta għall-perjodu internazzjonali ta’ Novembru...

Football tan-Nisa: Manuela Tesse tħabbar l-iskwadra ta’ Malta għall-perjodu internazzjonali ta’ Novembru u Diċembru

0
28

Il-coach tat-team nazzjonali Malti tan-nisa, Manuela Tesse, ħabbret lista ta’ 27 player għall-perjodu internazzjonali ta’ Novembru u Diċembru.

It-team beda l-preparamenti tiegħu fl-24 ta’ Novembru u se jibqa’ fil-kamp sal-5 ta’ Diċembru 2026.

Preparazzjoni għall-UEFA Women’s Nations League

Dan il-perjodu internazzjonali huwa parti mill-preparamenti ta’ Malta għall-UEFA Women’s Nations League tal-2027. Malta se tilgħab kontra Ċipru u l-Moldova fi Grupp C5, b’żewġ konfronti kontra kull avversarju, wieħed f’darna u ieħor barra minn xtutna, matul il-waqfa internazzjonali ta’ Marzu, April u Ġunju.

Malta se tibda l-kampanja tagħha f’Marzu b’logħba barra minn xtutna kontra Ċipru. Wara, se tilgħab kontra l-Moldova barra minn darma, qabel tilqa’ lil Ċipru f’April. Il-kampanja tal-grupp tintemm f’Ġunju, meta Malta tilqa’ lill-Moldova.

L-iskwadra ta’ Malta hija:

Goalkeepers: Maya Cachia (Hibernians), Raisa Costantino (Orobica Calcio Bergamo – Italja), Giulia D’Antuono (Mġarr U.).

Difensuri: Amy Catania (Hibernians), Leanne Cefai (Mġarr U.), Tammy Falzon (Swieqi U.), Alexandra Gatt (FC Pinzgau Frauen – Ġermanja), Emma Louise Lipman (Valletta), Georgiana Mifsud (Valletta), Valentina Rapa (Swieqi U.), Ann Marie Said (Mġarr U.), Shona Zammit (Swieqi U.).

Midfielders: Jana Barbara (1. FFC Recklinghausen – Ġermanja), Francesca Bartolo (Valletta), Brenda Borg (Valletta), Rachel Cuschieri (Genoa CFC – Italja), Maia Debono (Mġarr U.), Emma Flannery (University of Nevada, Las Vegas – Stati Uniti), Ema Micallef (Swieqi U.), Nicole Sciberras (Swieqi U.).

Attakkanti: Haley Bugeja (FC Internazionale – Italja), Yulya Carella (Mġarr U.), Crista Chetcuti Ganado (Peterborough United – Ingilterra), Maria Farrugia (Bristol City – Ingilterra), Jade Flask (Swieqi U.), Sara Saliba (Swieqi U.), Kailey Willis (Chievo Verona – Italja).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here