Bournemouth wettqu rimonta impressjonanti biex għelbu lil Sparta Prague 3-1 barra minn darhom fir-raba’ ġurnata tal-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Europa League.
It-team Ċek fetaħ l-iskor fil-35 minuta permezz ta’ Ebrima Singhateh, li wettaq azzjoni personali mill-aqwa qabel għeleb lill-goalkeeper avversarju. Qabel dan, Bournemouth kienu tilfu ċ-ċans li jiftħu l-iskor meta Lewis Cook falla penalty fil-30 minuta.
Is-sitwazzjoni nbidlet fit-37 minuta meta Tobias Guddal tkeċċa wara li rċieva t-tieni karta safra, u ħalla lil Sparta jilagħbu b’10 players.
Bournemouth approfittaw mis-superjorità numerika fit-tieni taqsima, u Tyler Adams ġab id-draw fis-57 minuta b’xutt preċiż minn barra l-kaxxa.
Il-viżitaturi komplew jagħfsu u marru fil-vantaġġ fid-81 minuta permezz ta’ Evanilson, wara azzjoni mibdija minn Ryan Christie. U mbagħad Rayan issiġilla r-rebħa fid-90 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.





