Il-midfielder internazzjonali Belġjan, Dries Mertens, irrifjuta offerta ta’ €5 miljun fis-sena mingħand Juventus. Bħalissa huwa player liberu wara li ntemmlu l-kuntratt ma’ Napoli u għaldaqstant bosta huma dawk il-clubs li qed jiġru wara l-firma tiegħu.
Iżda dan il-player ta’ 35 sena jrid jingħaqad ma’ team li joffrilu l-minuti fil-ground minħabba li jrid jilgħab għal pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Novembru li ġej fil-Qatar.