Wednesday, October 9, 2024

Drifting f’Ta’ Qali…..il-post fejn in-nies imorru jippassiġġaw għal kwiet

Aqra wkoll

Għadd ta’ persuni li nhar il-Ġimgħa marru Ta’ Qali jimxu għal kwiet sabu intopp li mhux biss tellifhom mill-kwiet u s-serenità imma anke ħassew li kienu fil-periklu. Dan għax f’parti minn Ta’ Qali f’ħin bla waqt marru diversi karozzi b’żgħażagħ fihom u dawn bdew jagħmlu dak li jissejjaħ ‘drifting’.

Iż-żgħażagħ bdew iduru dawra tond bil-karozza b’veloċità eċċessiva, jgħaqqdu t-tyres u jagħmlu drifting fost id-dħaħen li dan jikkawża. Il-problema ta’ drfiting f’pajjiżna mhix biss għal żona f’Ta’ Qali imma anke f’żoni residenzjali.

Persuna li kienet f’Ta’ Qali u kkummentat ma’ dan is-sit qaltilna li “jien nistaqsi fejn ikunu l-uffiċjali li suppost iżommu l-ordni. Kif ma rajniex Pulizija meta jkun hemm tant nies jippassiġġaw f’dak il-ħin. Nittamaw li fil-post nibdew naraw il-preżenza tal-Pulizija”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport