Sunday, November 24, 2024

Duncan Micallef se jkompli bil-karriera tas-sewqan tiegħu

L-ewwel impenn tiegħu f’Mejju li ġej

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Fi Frar li għadda, il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħabbret li l-Federazzjoni Internazjonali ta l’Awtomobiliżmu (FIA), permezz tal-World Motor Sport Council (WMSC) tagħha, eleġġiet lill-President tal-Federazzjoni Maltija Duncan Micallef bħala Chairman tal-FIA Drag Racing Commission għal-2024-25 u membru fis Circuit Sport Committee. 

L-MMF issa qed tħabbar li filwaqt li l-President Micallef apprezza l-fiduċja u l-appoġġ mill-membri tal-FIA fil-ħatra tiegħu bħala Chairman tal-FIA Drag Racing Commission 2024-25 u membru tas-Circuit Sport Committee, wara aktar konsiderazzjoni, il-President Micallef, li fis-sena 2017 rebaħ il-kampjonat Ewropew tal-FIA, u li kien magħzul l-isportiv tas-sena f’Malta mill-Għaqda Ġurnalisti Sports għall-2016 u l-2017, iddeċieda li jkompli bil-karriera tas-sewqan tiegħu.

Għalhekk, ġie deċiż b’mod konġunt li Micallef għandu minflok jassumi l-kariga ta’ rappreżentant tas-sewwieqa fl-istess kummissjoni. Micallef aċċetta dan ir-rwol prestiġjuż li jġib miegħu anka d-drit tal-vot.

L-impenn li jmiss għal-President Micallef bħala Top Fuel Racing Driver huwa għall-ewwel ġimgħa ta’ Mejju fit-trakka Santa Pod fir-Renju Unit.

Sport