L-attakkant Serb Dusan Vlahovic kellem lir-rappreżentanti tiegħu sabiex jitkellmu mal-ogħla awtoritajiet ta’ Real Madrid fit-tentattiv li jingħaqad magħhom fl-istaġun li ġej.
Vlahovic jogħġbu ħafna l-ambjent fil-belt kapitali Spanjola u jixtieq li fi tmiem dan l-istaġun jinħall mill-kuntratt ma’ Juventus u jmur jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu.
Min-naħa tagħhom, il-Madrileni la qalu iva u lanqas le u qed jevalwaw din il-possibbilta’ għas-sena d-dieħla.