Tuesday, April 30, 2024

Marcelo Bielsa favorit li jsir kowċ tal-Istati Uniti

Aqra wkoll

Hekk kif il-kowċ tat-tim nazzjonali Amerikan Gregg Berhalter hu ferm viċin li jiġi mneħħi mill-kariga mill-federazzjoni tal-futbol tal-Istati Uniti, qed jissemmew diversi kowċis oħra li jistgħu joħdulu postu.

Fil-fatt Berhalter qed jiġi akkużat li wettaq vjolenza domestika 30 sena ilu u għalkemm għadda ż-żmien, il-federazzjoni ma tixtieqx li jittappan isimha fuq dan kollu.

F’dawn l-aħħar sigħat, l-eks kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane irrifjuta din il-kariga u issa qed jissemma’ Marcelo Bielsa, kowċ ta’ esperjenza li ftit ilu rrifjuta li jmur ma’ Everton. Dan tal-aħħar hu favorit li jieħu din il-kariga hekk kif il-kurrikulu tiegħu ntgħoġob ħafna. 

Sport