F’Marzu li għadda, Dylan Caruana għadda minn mument diffiċli ħafna meta sofra injury kerha f’rasu. Kien żmien ta’ sfida kbira għalih u għall-familja tiegħu, iżda Dylan qatt ma ċeda.
Bil-kuraġġ, id-determinazzjoni u l-imħabba tiegħu lejn il-futbol u lejn il-klabb tiegħu, Dylan kompla jiġġieled kuljum biex jerġa’ jqum fuq saqajh.
Il-vjaġġ tiegħu sar eżempju ta’ perseveranza u saħħa għal kulħadd, speċjalment għat-tfal li jħarsu lejh bħala mudell pożittiv.
Bħala rikonoxximent għall-impenn qawwi tiegħu lejn l-arma tal-klabb u għall-fatt li sar ispirazzjoni għal tant tfal, il-President tal-klabb ta’ Fgura, Larkin Bonnici, innomina lill-captain Dylan Caruana sabiex isir membru onorarju.
Din l-unur mhux biss premju, iżda simbolu tal-qalb kbira, il-kuraġġ u l-lealtà li Dylan dejjem wera lejn il-klabb u lejn dawk ta’ madwaru.
L-istorja ta’ Dylan tfakkarna li iktar ma tkun kbira l-ġlieda, iktar tkun glorjuża r-rebħa.



