Monday, May 13, 2024

€10,800 għal Puttinu Cares minn ‘The Mosta Music Festival’

Aqra wkoll

L-organizzaturi tal-ewwel edizzjoni ta’ ‘The Mosta Music Festival’ ippreżentaw id-donazzjoni sabiħa ta’ €10,800 lil Puttinu Cares. Minbarra dawn il-persuni li qed jidhru fir-ritratt kien hemm diversi voluntiera oħrajn li ħadmu bla nifs biex dawn iż-żewġ serati setgħu jkunu suċċess.

Il-festival kien mifrux fuq jumejn u hu stmat li aktar minn 3,000 persuna attendew biex igawdu l-wirjiet ta’ diversi artisti lokali. 

Fost dawn l-artisti kien hemm Joseph Calleja magħruf aħjar bħala Joseph Kapitlu li huwa wieħed mill-fotografi uffiċjali ta’ dan is-sit. Fl-istess serata huwa kien il-moħħ wara l-proponiment tal-Editur ta’ dan l-istess sit lit-tfajla tiegħu.

Sport