Persuna li topera negozju mhux stazzjonarju qrib il-Park tal-Majjistral ġiet immultata €150 talli tefgħet skart f’dawk l-inħawi.
Ir-rangers li jieħdu ħsieb il-Park kien ilhom għal xi żmien jinnutaw boroż taż-żibel jintremew regolarment fl-istess park u kien għalhekk li bdew jimmoniterjaw is-sit 24 siegħa kuljum.
Dan wassal biex tkun identifikata l-persuna li kienet qiegħda tħalli dan l-iskart u sar rapport lill-pulizija biex tittieħed azzjoni legali.
Iż-żona fejn kien mormi dan l-iskart hi ta’ importanza kbira għall-konservazzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar protetti bħall-garni (Yelkouan Shearwater).