Friday, April 26, 2024

Żewġ persuni għall-Qorti llejla b’rabta ma’ sparatura u importazzjoni ta’ droga

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-8:00 p.m, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.

Persuna ser titressaq b’rabta mal-inċident li seħħ nhar is-Sibt, meta raġel ta’ 57 sena residenti Raħal Ġdid ġarrab ġrieħi f’wiċċu wara li allegatament intlaqat minn ċomb li kien sparat minn arma tan-nar waqt l-argument li fih kienu involuti missier u ibnu.

Ir-raġel l-ieħor li se jitressaq il-Qorti huwa Niġerjan ta’ 35 sena li ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nqabad b’100 kapsula droga suspettata kokaina moħbija fl-istonku.

Sport