Wednesday, March 27, 2024

Bosta jingħaqdu fit-talb għal Silvio Parnis

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem l-eks deputat Laburista Silvio Parnis kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni medika.

Fl-aħħar sigħat bosta personalitajiet kemm mix-xenarju politiku miż-żewġ Partiti l-kbar kif ukoll persuni oħrajn qrib Parnis esprimew il-bżonn li l-pubbliku jingħaqad fit-talb għalih li għaddej f’mument daqstant diffiċli.

Fost messaġġi ta’ kuraġġ, bosta kienu dawk li fakkru l-ħidma siewja tiegħu matul il-karriera politika u l-fiduċja tiegħu fit-talb li skonthom mhux se jitħalla waħdu f’dan il-mument iebes.

Ekonomija

Sport