Wednesday, July 24, 2024

€20 miljun oħra f’benefiċċji lil 62,000 familja

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħabbar illi l-ġimgħa d-dieħla ser jitħallsu tliet pagamenti oħra ta’ benefiċċji soċjali, u li minnhom se jibbenefikaw familji bi tfal taħt is-sittax-il sena, familji ta’ tfal b’diżabilità u dawk il-familji li għandhom dħul baxx (inkluż persuni single jew koppji). Ser isiru wkoll ħlasijiet lil ġenituri li qed jiffosterjaw.

Bil-pagamenti li ser isiru fil-jiem li ġejjin, ser jintlaħqu 62,000 familja, b’investiment li jlaħħaq l-€20 miljun. Il-maġġoranza ta’ dawn il-pagamenti se jmorru għand madwar 41,700 familja bi tfal, li se jkunu qed jirċievu l-ħlas taċ-Children’s Allowance u tas-Suppliment għal kull wild fil-familja taħt is-16-il sena. L-għadd ta’ tfal ilaħħaq madwar 62,150.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti Mark Musu, f’konferenza tal-aħbarijiet.

“Illum qed inħabbru sensiela ta’ pagamenti oħra li jolqtu direttament lill-familji. Dawn il-pagamenti se jsiru fil-ħin skedat tagħhom, kif isir ta’ kull sena. L-investiment bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, fuq dawn il-benefiċċji se jkun laħaq l-€41.4 miljun,  żieda ta’ €7.4 miljun fuq is-sena ta’ qabel, b’din iż-żieda hija attribwitaprimarjament għaż-żieda ta’ €250 għal kull wild fiċ-Children’s Allowance”, stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Familji bi tfal b’diżabilità jitħallsu allowance addizzjonali ta’ €30 fil-ġimgħa, kważi d-doppju ta’ kemm kienet 10 snin ilu. Bħalissa l-għadd ta’ familji li jibbenefikaw huwa ta’ 2,245.  In-numru ta’ tfal huwa ta’ 2,360. Iż-żieda fl-għadd ta’ familji benefiċċjarji f’dawn l-aħħar snin kienet dovuta għall-inklużjoni tal-awtiżmu u l-ADHD li wessgħu l-parametri ta’ eliġibilità. F’dan il-pagament ta’ Ġunju l-investiment se jqarreb il-€1 miljun.

Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Permanenti Mark Musu tkellem dwar il-ħlas tal-Allowance Supplimentari li tingħata lil familji (bi tfal mhux taħt is-16-il sena), koppji u persuni bi dħul baxx biex tgħinhom ilaħħqu aħjar mal-ħajja. L-għadd tal-benefiċċjarji huwa ta’ madwar 20,000 li bejniethom se jirċievu ftit aktar minn €4 miljun. Ftit anqas minn 70% huma persuni singoli, romol u persuni separati jew divorzjati.  Il-kumplament huma persuni miżżewġa.

Ekonomija

Sport