Saturday, December 14, 2024

€26,965 fi flus kontanti mhux iddikjarati interċettati l-MIA

Aqra wkoll

Id-Dwana interċettat €26,965 fi flus kontanti mhux iddikjarati, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Mara u raġel saritilhom tfittxija intensiva wara li l-kelba tad-Dwana bl-isem ta’ Gypsy kellha reazzjoni pożittiva għal dawn iż-żewġ passiġġieri.

Din il-koppja Iżrealjana kienet fis-sezzjoni tad-departures fi triqitha lura lejn it-Turkija meta ż-żewġ individwi ntalbu jiddikjaraw l-ammont ta’ flus li kellhom fuqhom. Huma wieġbu li s-somma hija ta’ $18,000, ekwivalenti għal €16,490.73. Madankollu, wara tfittxija intensiva rriżulta li l-ammont totali huwa ta’ €26,965 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Il-koppja ġiet offruta ftehim alternattiv barra l-Qorti u kien hemm qbil għal dan l-arranġament. Eventwalment, il-koppja Iżrealjana ngħatat multa.

Ekonomija

Sport