Monday, December 23, 2024

€300,000 f’allowance għas-sigħat żejda li għamlu s-suldati waqt il-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn CLAUDIO COLEIRO, Filmat ALAN SALIBA

YouTube video

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar fil-Parlament li s-suldati ngħataw aktar minn €300,000 bħala allowance għas-sigħat żejda li għamlu fil-perjodu tal-Covid-19.

Din l-aħbar kienet milqugħa mis-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU Theo Vella, li qal li dan il-kumpens qed isir fuq talba li kienet għamlet il-GWU wara li Malta kienet dikjarata li tinsab f’emerġenza ta’ saħħa pubblika.

 “Inħarsu ‘l quddiem għal ftehim kollettiv ġdid għas-suldati u l-Uffiċjali Korrettivi”

Theo Vella

Huwa spjega li dan il-ftehim huwa wieħed temoporanju u li mistenni jiskadi fl-aħħar ta’ dan ix-xahar meta Malta ma tibqax dikjarata li tinsab fi stat ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika. “Dawk is-suldati kollha li ġew mitluba jaħdmu aktar minn 48 siegħa, se jieħdu kumpens għas-sigħat żejda li għamlu.”

Is-Segretarju Vella tenna wkoll li minn din il-pandemija ħareġ l-element ta’ kemm hawn ħaddiema li fil-mument tal-prova niġu bżonnhom fosthom is-suldati. Huwa qal ukoll li ħa nota ta’ dak li qal il-Ministru Camilleri fejn semma li issa rridu nagħlqu kemm jista’ jkun malajr il-ftehim kollettiv għas-suldati.

“In-nies qed jistennew dan b’ħerqa kbira, mhux biss tal-armata imma wkoll l-Uffiċjali Korrettivi. Dawn tal-aħħar għamlu biċċa xogħol eċċezzjonali. L-Uffiċjali Korrettivi flimkien mal-amministrazzjoni organizzaw ruħhom b’tali mod li sa issa ma kien hemm każ wieħed ta’ Covid. Għaldaqstant dawn iż-żewġ Korpi Dixxiplinati qed jistennew b’ħerqa lill-Gvern biex nirċievu l-kontro-proposti u mill-lum ‘il quddiem intuhom tama ġdida b’kundizzjonijiet aħjar,” temm is-Segretarju Vella. 

Ekonomija

Sport