Wednesday, July 24, 2024

€308,783 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista

Aqra wkoll

Bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, Il-Partit Laburista ġabar is-somma sabiħa ta’ €308,783 f’donazzjonijiet waqt maratona ġbir ta’ fondi f’għeluq il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju. Ammont miġbur ftit ġimgħat wara ġabra oħra sabiħa ta’ €510,816 f’maratona ġbir ta’ fondi fil-bidu tal-kampanja elettorali li b’kollox jammontaw għal €819,599.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela flimkien ma’ Lydia Abela u l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista rringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwixxew f’din il-maratona li kompliet tixhed l-għaqda li fuqha mibni l-Partit Laburista għax is-suċċess ta’ dan il-moviment kien li dejjem kien viċin ir-realtajiet tan-nies. Għalhekk Is-Saħħa lill-Maltin u l-Għawdxin.

Ekonomija

Sport