Wednesday, July 24, 2024

Il-PL b’vantaġġ ta’ 10.4% fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 

Aqra wkoll

Minn żmien għal żmien, kmamar tal-aħbarijiet differenti jħejju stħarriġ tal-opinjoni pubblika biex ikollhom stampa aktar ċara dwar liema partit politiku u anke liema mexxej tal-partit jinsab igawdi l-akbar fiduċja tal-elettorat.

Proprju lbieraħ ħareġ survey ieħor, dak tat-Times, li għal darb oħra juri li l-Partit Laburista jinsab fuq quddiem. Minn dan l-istħarriġ ħareġ li l-PL għandu vantaġġ ta’ 10.4% fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-ġimgħa d-dieħla. 

B’hekk ifisser li d-distakk issa huwa ta’ 10.4%, ftit ogħla mill-10.2% rreġistrat fl-istħarriġ simili f’April. Dan l-istħarriġ sab ukoll li t-turn-out mistenni jkun ta’ 72.4%, li jissarraf f’differenza ta’ xi 30,500 vot. Dan id-distakk kien ta’ 28,000 f’survey simili li sar f’April.

Is-survey jgħid li filwaqt li l-parteċipazzjoni qed tiżdied, il-PN mhux qed jattira voti ġodda, bil-vot tiegħu jinżel minn ftit aktar 40.7% għal 40.4% matul ix-xahar li għadda

Ekonomija

Sport