L-Awtorità tal-Ippjanar tissiġilla żewġ siti f’San Pawl il-Baħar minħabba żvilupp illegali

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar, bl-assistenza tal-Pulizija, dalgħodu ħadet azzjoni ta’ infurzar f’żewġ siti f’San Pawl il-Baħar, fejn ġew issiġillati żoni li kienu qed jintużaw mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Fi Triq il-Pwales, l-Awtorità ħadet azzjoni dwar il-ftuħ ta’ triq u l-kostruzzjoni ta’ strutturi mingħajr permess f’żona skedata.

Intant, fid-Dad’s Fuel Station fi Triq il-Mosta, ġew issiġillati żoni li kienu qed jintużaw għall-ħasil tal-karozzi mingħajr awtorizzazzjoni. Skont l-Awtorità, dawn l-attivitajiet kienu qed jaffettwaw b’mod negattiv l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti fil-viċinanzi.

L-Awtorità tal-Ippjanar fakkret li żvilupp jew bidla fl-użu ta’ sit mingħajr il-permessi meħtieġa jistgħu jwasslu għal azzjoni diretta ta’ infurzar.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport