Wednesday, July 24, 2024

€500 BILJUN GĦALL-QERDA

Aqra wkoll

Dik li kienet il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen, u issa
bi qbil bejn il-kapijiet tal-Istati membri hemm qbil li din terġa’ tinħatar President
tal-istess Kummissjoni Ewropea, fl-aħħa sigħat għamlet dikjarazzjoni li ma tista’ titqies xejn għajr li hi xokkanti. Id-dikjarazzjoni tgħid li l-Unjoni Ewropea għandha tinvesti €500 biljun fl-armamenti.

L-iskuża hija biex tissaħħaħ id-difiża. Ovvjament m’hemm ebda dubju li dan hu investiment għall-qerda. Dan huwa dak li jagħmlu l-armamenti. Qerda tal-ambjent u qerda ta’ nies innoċenti. X’kuntrast u x’messaġġ ħażin qed jingħata mill-Unjoni Ewropea, dik l-istess Unjoni li twaqqfet bil-għan li tara li fl-Ewropa ma jsirux aktar gwerer.

Illum mhux talli għandna Unjoni Ewropea li qiegħda titkellem fuq il-paċi imma qed titkellem kif se tarma pajjiżi oħra bl-armi. Qed titkellem kif hi stess se tarma b’aktar armi sofistikati. Dan hu tkomplija ta’ dak li sar ftit xhur minn Von der Leyen u mill-President tal-Parlament Ewropew, fejn proprju f’Ottubru marru f’Iżrael, iltaqgħu mal-militar – l-istess militar li llum ħafna jippontaw is-swaba’ lejhom għal dak deskritt bħala ġenoċidju f’Gaża.

Dakinhar offrew solidarjetà lill-Iżrael għal attakk li sofra mill-Hamas iżda baqgħu indifferenti għalkollox quddiem il-katastrofi li kienet għaddejja f’Gaża. Din l-istess katastrofi għadha għaddejja sal-ġurnata tal-lum. S’issa qegħdin nisimgħu biss l-ispiża ta’ €500 biljun.

Ma ngħataw ebda dettalji speċifiċi. Imma ma tistax tisma’ ċifra bħal din u ma
tistaqsix minn fejn se jiġi dan l-investiment. X’se jitnaqqas biex jagħmel tajjeb għal din lispiża? Liema huma dawk il-kategoriji li se jesperjenzaw tnaqqis fil-fondi biex aktar flus imorru għad-difiża?

Li hu żgur li d-deċiżjoni li trid tittieħed mhux waħda faċli. Wieħed irid jimmarka wkoll li mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, ħafna millpajjiżi tal-Unjoni Ewropea żiedu n-nefqa fuq id-difiża u llum qed jilħqu l-mira tan-NATP ta’ 2 fil-mija tal-ġid nazzjonali jintefaq fuq id-difiża. Illum mexxejja Ewropea qegħdin isemmu iżda li minkejja li l-ispiża fuq difiża żdiedet, din għadha ferm u ferm ’il bogħod milli tilħaq
iż-żieda fin-nefqa fl-armi taċ-Ċina u r-Russja.

U biex aktar jagħtu importanza lill-armi u l-armamenti, mhux qiegħed ikun eskluż li jinħatar kummissarju Ewropew li jkun iddedikat għall-qasam tad-difiża. M’hemm ebda dubju li l-unika soluzzjoni għal gwerra hi l-paċi u l-ebda għajnun f’armamenti u suldati ma ġġib il-paċi.

Wieħed jista’ jifhem li aktar ma kunflitt jitwal aktar se jkollok vittmi. Aktar se jkollok qerda. Aktar ma tonfoq flus f’armi aktar se ttawwal il-gwerra. Aktar se jmutu nies.

Aktar se jkun hemm qerda. Minn l-aħbarijiet li joħorġu kemm fuq naħa u kemm fuq oħra wieħed faċli jikkonkludi li f’din il-gwerra bħalma jiġri dejjem, hemm
biss telliefa. Qed jirbaħ biss settur wieħed – il-kumpaniji li jimmanifatturaw l-armamenti.

Quddiem dan, jispikka l-fatt li hu dgħajjef ħafna l-isforz biex tirrenja l-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Sforz dgħajjef li jurik li m’hemmx rieda ġenwina biex il-kunflitt jintemm. Sforz dgħajjef anke fin-Nazzjonijiet Uniti, fejn minkejja diskussjonijiet li saru, ma sar ebda żblokk.

U lil hinn minn dan nisimgħu fuq sanzjonijiet. U se nerġgħu nisimgħu millpolitiċi Ewropej u mill-burokratiċi tal-Unjoni Ewropea li s-sanzjonijiet qed jaħdmu. Li s-sanzjonijiet qed idgħajfu l-ekonomija Russa.

U waqt li nisimgħu dan, jinħarġu aħbarijiet ta’ attakki ġodda u ħruxijiet f’din l-istess gwerra. Aktar imwiet. Aktar familji mkissrin kemm fuq naħa u kemm fuq oħra.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport