Monday, December 9, 2024

€50,000 multa fuq korruzzjoni fil-futbol

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u immultat €50,000 wara li ammetta l-involviment tiegħu b’rabta mal-korruzzjoni fil-futbol.

Rudgear Scerri ammetta akkużi relatati ma’ tentattivi ta’ korruzzjoni f’logħbiet li jikkonċernaw lit-tim ta’ Ħ’Attard.

Huwa kien arrestat fid-dar fejn jgħix mat-tfajla wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija.

Fid-dar instabu bejn €20,000 u €30,000 fi flus kontanti waqt li ġew konfiskati mezzi elettroniċi.

Il-Pulizija qed tinterroga diversi nies oħra suspettati li setgħu kienu involuti f’korruzzjoni fil-futbol.

Scerri tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea mill-Ispetturi George Frendo u Wayne Rodney Borg waqt li kellu jiddefendih lill-Avukati Lennox Vella u William Cuschieri.

Ekonomija

Sport