Saturday, December 21, 2024

€54.79 kuljum għal kull pazjent fid-Downtown Hotel

Aqra wkoll

Il-ftehim bejn il-Gvern u s-sidien tad-Downtown Hotel f’Għawdex biex l-anzjani li kienu fir-Residenza Sant’Anna jiġu trasferiti fiha waqt l-imxija tal-coronavirus jiswa €54.79 kuljum għal kull anzjan.

B’kollox kienu 72 anzjan u anzjana li kienu qed jgħixu fl-imsemmija residenza, li tinsab fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, imma biex ikun hemm spazju f’każ li jiżdied in-numru ta’ dawk bil-coronavirus ġie deċiż li l-anzjani jmorru jgħixu fil-lukanda li tinsab fir-Rabat ukoll.

Mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar kemm qed iħallas il-Gvern biex tintuża din il-lukanda, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li l-ministeru mmexxi minnu u dak tas-saħħa daħlu fi ftehim mad-Downtown Limited permezz ta’ dak li jissejjaħ ‘negotiated procedure’.

“Dan il-ftehim ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-proċedura adottata tirrifletti proċeduri simili li ġew adottati matul dawn l-aħħar xhur in vista taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ħakkmu lill-gżejjer Maltin u l-kumplament tad-dinja”.

Waqt li irrefera għall-imsemmija somma għal kull spazju ta’ sodda, il-Perit Camilleri elenka x’jinkludi dan il-prezz fejn semma l-użu tar-restorant u l-kafetterija bħla ‘multi-purpose hall’ u ‘canteen’ għall-istaff, residenti u viżitaturi; il-‘foyers’; il-liftijiet; il-kċina u l-post fejn isir it-tisjir; it-toilets’ iz-zona ta’ separazzjoni tal-iskart; il-kappella u l-parkeġġ taħt l-art.

“Din ir-rata tinkludi wkoll alterazzjonijiet, servizz ta’ tindif, ‘reception services’ u s-servizzi tal-manutenzjoni ġenerali”, żied jgħid il-Ministru Camilleri.

Ekonomija

Sport