Saturday, May 4, 2024

Ir-Renju Unit se jkun qed jittestja vaċċin kontra l-Covid-19 fuq il-bniedem mill-Ħamis li ġej

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit se jkun qed jittestja vaċċin kontra l-Covid-19 fuq il-bniedem. Dan il-vaċċin mistenni jibda’ jiġi ttestjat mill-Ħamis li ġej u dan kien imħabbar mis-Segretarju għas-Saħħa Matt Hancock waqt il-konferenza ta’ kuljum relatata mal-pandemija.

Hancock qal li l-gvern kien qiegħed jinvesti bis-sħiħ sabiex jgħaġġel il-proċess u li biex dan seta’ jseħħ kellu jipprovdi €20 miljun lit-tim f’Oxford u €22.5 miljun lill-Imperial College London.

Il-Professur Sarah Gilbert minn Oxfort qalet li hi u t-tim tagħha qed jaħdmu kontinwament biex il-vaċċin ikun lest biex jintuża sa Settembru li ġej, anke jekk normalment xi ħaġa simili tieħu madwar 18-il xahar.

Hancock kompla jgħid li hu jemmen li jekk il-pajjiż ikun l-ewwel wieħed li jipprovdi l-vaċċin li jista’ jsalva l-ħajja ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja din se tkun xi ħaġa pożittiva ferm għall-ekonomija u huwa għalhekk li bħala gvern qed jagħmel dak kollu possibbli biex jissostanzja lir-riċerkaturi  bir-riżorsi meħtieġa.

Sport