Saturday, May 4, 2024

Ħadd ma jeħel multa minkejja li komplew l-ispezzjonijiet

Aqra wkoll

Ħadd ma nqabad fi gruppi ta’ 3 persuni f’postijiet pubbliċi waqt ir-rondi kontinwi li qed tagħmel il-Pulizija. Intant, ħadd ma nqabad jikser il-kwarantina obbligatorja fis-613-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-virus.

Il-Pulizija xtaqet tikkjarifika li n-numru ta’ persuni li lbieraħ inqabdu fi gruppi ta’ iktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi kien ta’ 27, u mhux ta’ 43 kif irrapurtat bi żvista fil-bullettin preċedenti.

Sport