Saturday, May 18, 2024

Abela jirrifjuta li jiżvela l-pariri li ta lil Muscat

Aqra wkoll

Id-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela biex jagħti elenku tal-pariri li kien ta lill-predeċessur tiegħu Joseph Muscat, is-suġġett ta’ kull wieħed minnhom, x’parir tah, jekk ġiex aċċettat u kemm tħallas tagħhom.

Abela wieġbu li l-pariri li ta lil Muscat u l-kabinett ta’ dakinhar, bejn Ġunju 2017 u Jannar 2020, huma ta’ natura privileġġjata u kunfidenzjali.

“Għalhekk il-prudenza u l-etika kienet titlob li mistoqsija bħal din lanqas biss issir, in kwantu qed jintalab l-iżvelar ta’ pariri li bil-liġi hu prekluż milli jiġu żvelati, u kieku jiġu żvelati tkun qed tinkiser il-liġi. Jiġifieri l-Onor. Interpellant. qed jistieden lill-Prim Ministru biex jikser il-liġi b’din il-mistoqsija parlamentari”.

Abela żied li kif kien imħabbar f’Ġunju 2017 huwa kien irrinunzja għal ħlas dovut lilu bħala konsulent u għamilha ċara li baqa’ ma rċieva ebda ħlas sakemm kellu dan l-irwol.

Sport