Saturday, December 21, 2024

€56 miljun iżjed f’miżuri lill-ħaddiema, pensjonanti u studenti

Aqra wkoll

53,000 ħaddiem beda jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime u l-partime

Permezz tal-budget li tħabbar f’Ottubru li għadda, il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-istudenti se jkunu ħadu żidiet ta’ xejn inqas minn €56 miljun.

Dan intqal mill-Ministru Clyde Caruana waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-Budget li daħlu fis-seħħ f’Jannar 2022.

L-ewwel miżura li għamel referenza għaliha hija dik fuq it-tnaqqis tal-overtime, liema miżura kellha numru ta’ tibdiliet fejn qabel kienet fuq l-ewwel 100 siegħa, issa se tkun proprju fuq l-ewwel €10,000. Apparti minn hekk, id-dħul fuq dawn l-€10,000 minn overtime se jkun intaxxat bir-rata minima ta’ 15%. Qal li b’hekk se jkunu qed jassiguraw li mat-30,000 ħaddiem se jkunu qed jibbenefikaw bejniethom madwar €6 miljun.

Miżura oħra li wkoll li hija wkoll fl-ammont tiswa kważi kbira bħal din, hija dik tal-part-time fejn ir-rata ta’ part-time se tkun qed tinżel minn dik ta’ 15% għal 10%. Qal li b’din il-miżura qed jistmaw li bejn wieħed u ieħor se jkun hemm mat-23,000 ħaddiem li bejniethom se jibqa’ fi bwiethom mal-€5 miljun aktar fis-sena.

Dan ifisser total ta’ 53,000 ħaddiem beda jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa u l-part-time. B’dawn il-miżuri jfisser li se jkunu qed iħallu madwar €11-il miljun fil-bwiet tal-familji.

Semma l-fatt li fil-budget ġie estiż l-in work benefit, benefiċċju li l-gvern kien introduċa lura għas-sena 2015 fejn proprju hemmhekk kien ra kif familji li d-dħul tagħhom huwa baxx jew medju, hemmhekk il-gvern daħħal benefiċċju ġdid biex iwieżen dawn il-familji. Il-Ministru qal li għal din is-sena il-gvern se jonfoq €2 miljun aktar li l-miżura fit-totalità tagħha se tiswa €12.5 miljun u dan minħabba diversi fatturi.

Semma kif il-benefiċjarji l-ġodda se jieħdu €200 fis-sena, u dawk kollha eżistenti li qed jieħdu l-benefiċċju llum il-ġurnata se jkunu qed jaraw żieda ta’ €100 addizzjonali fuq dak li diġà kellhom is-sena ta’ qabel.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-pensjonanti fejn hawnhekk, kif diġà kien imħabbar, qal li għamlu numru ta’ miżuri li permezz tagħhom din il-faxxa tal-età ntlaqtet b’mod pożittiv. 

Apparti minn dawn, semma kif fil-budget li għadda ħasbu fl-istudenti li jattendu l-post sekondarja u edukazzjoni terzjarja, fejn hemmhekk b’kollox hemm madwar 15,000 student. Semma kif l-istipendi se jkunu żieduhom b’10%. Qal li din il-miżura weħidha mistennija tiswa €5 miljun.

Qal li dan kollu jfisser li permezz ta’ dan il-budget il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-istudenti se jkunu ħadu żidiet ta’ xejn inqas minn €56 miljun. Dawn iż-żidiet kienu fost l-oħrajn frott ta’ ekonomija li kompliet tikber u li kienet sostnuta waqt il-pandemija.

Ekonomija

Sport