Il-linja tal-ajru Easyjet ħabbret li se tagħlaq tliet bażiijiet f’Stansted, Southend u Newcastle. Minħabba f’hekk se jintilfu 670 post tax-xogħol.
Mill-1 ta’ Settembru, mhux se jtiru ajruplani lejn u minn l-ajruport ta’ Southend lejn 21 destinazzjoni. Fl-istess waqt, se jkun hemm operat ridott minn Stansted għal Newcastle.
Easyjet qalet li kellha tieħu din id-deċiżjoni diffiċli minħabba l-pandemija.
Kelliema għall-kumpanija qalet li matul is-sena li għaddiet, l-erba’ ajruplani bbażati f’dawn l-ajruporti ġarrew aktar minn miljun passiġġier.
Jidher li l-kumpanija mhux se tkun tista’ tibda topera mill-ġdid minn dawn l-ajruporti qabel l-2025.