Sunday, December 22, 2024

Easyjet tinvesti fl-industrija għat-tiswija tal-ajruplani f’Malta 

Christine Mallia Spiteri
Christine Mallia Spiteri
Rapreżentanta Malta Enterprise

Aqra wkoll

Ftehim iffirmat bejn SR Technics u easyJet se jwitti t-triq sabiex din il-linja tal-ajru tikseb il-faċilità ta’ 40,000 metru kwadru kif ukoll il-ħaddiema ta’ SR Technics Malta. Il-Kap tal-Operat tal-easyJet, David Morgan wera ruħu sodisfatt b’dan il-pass importanti minn easyJet f’Malta.

Żied jgħid li l-kumpanija tal-ajru għandha rabta speċjali mal-faċilità li issa akkwistat u qal li dan ifisser li l-linja tal-ajru se tkun qed timpjega aktar minn 400 persuna f’Malta. Lil hinn mit-tiswija tal-ajruplani huwa qal li easyJet iservi lill-klijenti f’Malta b’konnettività fl-Ewropa.

Baxter Malta tħabbar investiment ta’ €60 miljun biex tespandi l-operat

Baxter għadha kemm ħabbret investiment ta’ €60 miljun fuq espansjoni tal-fabbrika taghhom fil-Marsa, bl-assistenza ta’Malta Enterprise u INDIS Malta.

Permezz ta’ dan il-proġett, Baxter, li jipproduċi medical devices specjalizzati, se toħloq 180 impjieg ġdid mas-700 li diġà tħaddem, u tkabbir fil-kapaċità produttiva ta’ 20%.  

STMicroelectronics Malta tavvanza l-impenn lejn settur tas-semikondutturi f’pajjiżna 

Waqt zjara mill-PM Robert Abela u l-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri  fl-ST gew spjegati l-investimenti li għaddejjin bl-għajnuna ta’ Malta Enterprise u INDIS.

Il-fabbrika tipproċessa 2.7 miljun ċipep kuljum u timpjega 1,800 impjegat. ST qed tinvesti f’teknoloġija avvanzata, li għall-ittestjar u l-ippakkjar taċ-ċipep diġitali għal industriji varji.

Magro Brothers se jinvestu €12.5 miljun biex il-produzzjoni tirdoppja

 Magro Brothers Limited qed jinvestu €12.5m fil-fabbrika tagħhom f’Għawdex biex isaħħu l-kapaċità tagħhom, bl-appoġġ tal-INDIS u l-Malta Enterprise. Il-pjan ta’ investiment, mifrux fuq erba’ snin u maqsum fi tliet fażijiet, tħabbar waqt żjara fil-fabbrika tal-kumpanija mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, flimkien mal-Ministru Silvio Schembri. Permezz ta’ dan l-investiment, Magro Brothers qed tirrikjedi 15-il tekniku speċjalizzat, li jwassal ukoll għall-ħtieġa ta’ 28 ħaddiem ġdid full-time. Barra minn hekk, timmira wkoll li tnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħha u tippermetti lill-konsumaturi li jirriċiklaw il-fliexken taz-zalza.

Gimas – kumpanija Torka li timmanifattur komponenti ghat-turbina tar-riħ tespandi lejn Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-kumpanija Torka GIMAS, se tinvesti €7.5 miljun f’impjant f’Malta li minnu se jimmanifatturaw komponenti ghat-turbini tar-riħ. Dan l-impjant se jkun l-ewwel wieħed li l-kumpanija se tiftaħ barra mit-Turkija, u se tkun qed toħloq 44 impjieg fuq bażi full-time fl-ewwel 3 snin. Permezz tal-għajnuna tal-Malta Enterprise u INDIS se jsir l-investiment fuq żona ta 10,000 metru kwadru ta art fil- Qasam Industrijali ta’ Ħal Far. Il-kumpanija se jkollha ukoll akkademja ghal taħriġ akkademiku għall-apprentisti.

Ekonomija

Sport