Monday, November 4, 2024

Ebda dubju li l-flus pubbliċi minfuqin mill-Ministeru għal Għawdex ikkontribwew b’mod pożittiv għall-anzjani

Aqra wkoll

Il-Ministeru għal Għawdex jinnota li fil-konklużjoni tar-Rapport ta’ Verifika ta’ Prestazzjoni: Care for the Elderly in Gozo, l-Awditur Ġenerali kkonkluda li b’mod ġenerali m’hemm l-ebda dubju li l-flus pubbliċi minfuqin mill-Ministeru għal Għawdex ikkontribwew b’mod pożittiv għall-anzjani li qed jgħixu fil-komunità jew f’dar residenzjali f’Għawdex.

Kompla jgħid li dan ifisser li l-Ministeru għal Għawdex għamel il-pedamenti biex jespandi u jtejjeb il-kwalità tas-servizzi komunitarji u residenzjali għall-popolazzjoni li dejjem qed issir aktar anzjana, kemm biex iwessa’ l-ambitu tas-servizzi kif ukoll biex itejjeb il-kwalità tagħhom.

Dan juri biċ-ċar li l-Ministeru għal Għawdex ħadem u qed jaħdem biex itejjeb il-kura għall-anzjani kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar residenzjali.

L-Oppożizzjoni qed tikkritika parti żgħira mis-servizz tal-Home Help li qiegħed jingħata mill-Inspire, NGO li tagħmel bosta ġid ma’ persuni b’diżabilità kif ukoll is-servizz fl-istess operat tal-Home Help.

Jekk għall-Oppożizzjoni din il-parti tas-servizz tal-Home Help hija ħażin, ifisser li qed tipponta subgħajha lejha nnifisha għaliex dan is-servizz ilu jingħata minn żmien Gvern Nazzjonalista, mis-sena 2001.

Filwaqt li l-gvern preżenti ma ħassx li għandu jwaqqaf dan is-servizz, il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli jtejjeb l-operat tad-dipartiment responsabbli.

Sport