Wednesday, May 8, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi f’inċident biż-żiemel fil-Gudja

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident fi Triq Victor Pasmore fil-Gudja.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li anzjan kien għaddej biż-żiemel mill-imsemmija triq meta għal xi raġuni ż-żiemel sfratta, bil-konsegwenza li l-anzjan – ta’ 70 sena residenti l-Gudja – waqa’ minn fuq ix-xarretta. Konsegwentement, iż-żiemel ħarab iżda ġie kkontrollat minn xi nies ftit ħin wara.

Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport