L-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid19 f’pajjiżna juri li bejn il-Ħadd u t-Tnejn ma kien reġistrat ebda każ ġdid waqt li persuna oħra fieqet.
F’dawn l-24 siegħa saru 464 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet mindu bdew isiru għal 88,694.
Il-persuna li fieqet tellgħet in-numru ta’ dawk li rkupraw għal 617, 363 minnhom tas-sess maskil, biex issa baqa’ 39 persuna li għandhom il-virus.
Mindu feġġ il-virus kienu 665 il-persuni li ġew affettwati li disa’ minnhom mietu.