Il-kantant popolari Ed Sheeran se jkun qed iżur pajjiżna f’Ġunju li ġej bħala parti mill-Mathematics Tour tiegħu.
Huwa ħabbar dan dalgħodu stess fuq il-midja soċjali tiegħu ta’ Instagram. Id-data u l-post tal-kunċert se jitħabbru fis-6 ta’ Novembru.
Il-Mathematics Tour ta’ Sheeran mistenni jibda f’Jannar tal-2024 fl-Ażja, imbagħad ikompli fl-Ewropa għax-xhur sajfin.