Friday, May 17, 2024

Erba’ snin u nofs ħabs wara li ammetta li seraq xi ġojjelli

Aqra wkoll

Raġel b’karta tal-identità mil-Litwanja u b’passaport mill-Georgia ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li nstab ħati, fuq ammissjoni tiegħu stess, b’serq aggravat.

Valdas Martinaitis (sive Levan Mamardashvili) ġie mixli li fis-7 ta’ Novembru tal-2018, flimkien ma’ persuni oħra li għadhom mhux magħrufa, wettqu serq aggravat minn appartament f’Tas-Sliema mnejn serqu xi ġojjelli.

Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti tal-Maġistrati, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, filwaqt li kkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat, ikkundannatu għal piena ta’ ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Shawn Pawney u Joseph Mercieca.

Sport